Malta Aħjar

Aqra bil-Malti

Il-ġrajjiet ta' dawn l-aħħar snin fil-politika Maltija wrewna d-difetti ta' sistema mibnija madwar żewġ partiti. Bħala ċittadini għandna ħafna eżempji ta korruzzjoni u ċ-ċittadin, s'issa, ma setax ħlief li jagħżel lil dawk li evidentement jafu jaslu għal xi tip ta suċċess politiku. Valuri etiċi u prinċipji sodi m’għadhomx kriterji fuq xiex wieħed jista' jagħżel.

Ir-riżultat ta' din is-sistema u mentalita' huwa sens ta apatija u sottomissjoni għall-istatus quo. Iżda ċerti affarijiet anzi, ħafna affarijiet, huma intrinsekament ħżiena.

Jekk nixtiequ nkunu Aħjar, għandna bżonn nkattru ideat alternattivi filwaqt li ngħinu u ninkuraġġixxu lil nies ġodda biex jipparteċipaw fil-proċess politiku. Dawk li għandhom tama li jagħmlu impatt pożittiv fuq il-kwalita' tal-ħajja f'Malta għandhom bżonn ikunu kompetenti, iħaddnu valuri morali u etiċi b’saħħithom, ikunu organiżżati u mdawrin b’nies oħra li huma daqstant motivati.

Id-distinzjonijiet politiċi bejn x-xellug u l-lemin huma relikwi tad-dinja tal-passat. Is-soċjeta' tagħna qed tiffaċċja sfidi li għandhom bżonn soluzzjonijiet konservattivi, liberali u, in partikolari, ambjentali. Ma hemmx ideoloġija waħda li ssolvilna l-problemi kollha. Id-dinja qiegħda tinbidel b’rata dejjem iktar mgħaġġla. Apparti l-problemi serji nazzjonali ta' tnawwir etiku u morali, il-problemi li qed niffaċċjaw huma problemi ta' skala globali li qatt ma rajna bħalhom qabel.

Malta Aħjar huwa moviment li għandu bħala skop li nsibu, nimmotivaw u ngħinu tip ġdid ta politiku. Malta Aħjar hija it-tama u determinazzjoni li l-affarijiet jistgħu u għandhom jitrangaw ghall-aħjar. Filwaqt li nirrifjutaw ic-ċiniżmu, hija l-missjoni tagħna li noħolqu struttura ghal nies b'valuri etiċi għolja biex jkunu jistgħu jużaw l-potenzjal tagħhom fl-interess tal-pajjiż.

Jekk dana kollu jikkoinċidi mal-ideali tiegħek, nitolbuk tikteb l-email address tiegħek hawn taħt.

Din is-sottomissjoni hija privata u nikkuntattjawk biss biex naqsmu miegħek ideat, żviluppi u attivitajiet. Inti tista' tneħħi l-email tiegħek mil-lista tagħna meta tixtieq.

Read in English

Malta’s recent political events have highlighted the flaws of a biparty system - as citizens we are now faced with corruption on each side of the scale. The nation has repeatedly and rightfully chosen to stick with the only side that seems to have the knowhow to get some things done. Good values and principles appear to be off the table.

The result is an overwhelming sense of helplessness and a resigned acceptance of the status quo. Yet, some things - many things, are clearly wrong.

If we want to be better, we need to foster alternative ideas while supporting and encouraging new people to get involved in the political process. Those who hope to make any noticeable and positive impact ought to be competent, of high moral standards, well organised and surround themselves with equally motivated individuals.

The distinctions of left and right politics are relics of the world that was. Our society faces challenges that require a healthy mix of conservative, liberal and above all environmental policies. No one ideology can solve all problems. The foot is on the pedal and the rate of change is increasing exponentially; today’s problems are global problems of a kind we have not faced before.

Malta Aħjar aims to become a movement that can find, motivate and support a new brand of politicians. It is the hope and determination that things can and should be improved. We refute the cynical world view - it is our mission to create a framework for good people to invest their potential into the betterment of our country.

If the above resonates in some way with your ideals, we kindly ask you to provide your email address below.

Your submission is private and we will only contact you to share developments, ideas and activities. You are able to unsubscribe from our mailing list at any point.